Friday, December 13, 2024

Macron jinnomina lil Francois Bayrou għall-Prim Ministru Franċiż

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron innomina lil Francois Bayrou bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza.

“Il-President tar-Repubblika nnomina lis-Sur Francois Bayrou bħala Prim Ministru u tah l-inkarigu li jifforma gvern,” qal l-uffiċċju ta’ Macron fi stqarrija.

Francois Bayrou, alleat ċentrist ta’ Macron, se jkun qiegħed jieħu post Michel Barnier li fil-jiem li għaddew tilef vot ta’ fiduċja.

Bayrou issa jeħtieġ li jifforma gvern u jagħmel Budget għall-2025 adottat mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża.

Ekonomija

Sport