Nhar it-Tlieta filgħaxija, Ta’ Qali Concert Area laqa’ fih kunċert ieħor li żgur se jibqa’ mniżżel fl-istorja tal-kunċerti f’pajjiżna. Fil-fatt, madwar 18,000 persuna attendew għal kunċert li ta’ Lewis Capaldi li bih fetaħ SummerDaze għal din is-sena.

Qabel ma bdew il-kunċert Capaldi kanta l-kantant locali Jamie Cardona kif ukoll Shaun Farrugia u J Joy fost l-oħrajn.
Min-naħa tiegħu Jason Micallef, Kap tat-Taqsima tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, f’kumment fuq il-midja soċjali ddeskriva l-kunċert tat-Tlieta bħala “Meravilja”… “l-ispazji kbar ħodor, l-atmosfera u l-faċilitajiet uniċi li toffri l-Concert Area f’Ta’ Qali servrew ta’ esperjenza mill-isbaħ għall-eluf kbar ta’ Maltin u turisti li attendew bi ħġarhom għall-kunċert ta’ Lewis Capaldi li ta’ wirja stupenda tal-aqwa suċċessi tiegħu fl-aħħar għaxar snin.
Intant, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tgħid fi stqarrija li SummerDaze se jkompli nhar is-Sibt 15 ta’ Awwissu fejn fuq il-palk se jkun hemm jagħti wirjiet id-DJ ta’ fama internazzjonali Calvin Harris.




