Sunday, November 24, 2024

Madwar 35,000 persuna mistennija jattendu l-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta Qali

Aqra wkoll

Għaddejjin ġmielhom l-aħħar preparamenti għalll-kunċert ta’ Ed Sheeran f’Ta’ Qali. Għal dan il-kunċert ta’ dan l-artist ta’ fama mondjali huwa mistenni li jattendu madwar 35,000 persuna.

Apparti l-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li ser jerħulha lejn Ta’ Qali biex isegwu l-ispettaklu ta’ dan l-artist, huwa mistenni li jattendu wkoll numru ta’ turisti li ġejjin f’pajjiżna propju biex ikunu parti minn dan il-kunċert.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia u l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif pajjiżna sena wara oħra qiegħed ikompli jattira ismijiet tal-ogħla livell fid-dinja tad-divertiment. “Filwaqt li sa ftit tas-snin ilu artisti ta’ portata bħal Ed Sheeran kien ikollok issiefer biex tmur tarahom, illum qiegħed jirnexxilna nattirawhom lejn pajjiżna biex ikunu jistgħu jitgawdew lokalment,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Sport