Wednesday, May 1, 2024

Madwar 900 persuna bdew jibbenefikaw minn żieda fil-Benefiċċju tal-Kera

Aqra wkoll

Minn Jannar 2024, madwar 900 inkwilin beda jibbenefika minn żieda fil-Benefiċċju tal-Kera. Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes f’konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Galdes fakkar kif minn meta dan il-Gvern introduċa r-riforma fil-Benefiċċju tal-Kera fl-2019, din se tkun it-tieni żieda sostanzjali. “Għal darb’oħra din iż-żieda mhux biss se tkun qed tgħin lin-nies fil-ħlas tal-kera tagħhom, iżda se tkun qed tgħinhom jgħixu ħajja aħjar u ta’ kwalità wara li jħallsu l-kera.” Huwa ħabbar ukoll li id f’id ma’ din iż-żieda, kwalunkwe persuna li preżentament qiegħed jikri mhux se jkun qed jirċievi inqas minn €125 fix-xahar bħala Benefiċċju tal-Kera. 

Il-Ministru Roderick Galdes spjega kif fis-sena:

  • Persuna li qed tikri weħidha, minn €3,600 żdiedet għal €4,200;
  • Familja b’wild wieħed, minn €4,800 żdiedet għal €5,400; u
  • Familja b’żewġ ulied jew aktar, minn €5,000 żdiedet għal €6,000. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa, saħaq li l-affordabbiltà u l-istabbiltà fis-suq tal-Kera, jimxu id f’id. “Determinati li nibqgħu insaħħu dan is-settur minn kull aspett filwaqt li nassiguraw li għajnuniet bħal dawn ikunu dejjem aktar aċċessibbli,” ikkonkluda jgħid Zerafa.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila.

Sport