Monday, February 24, 2025

MAFA: San Ġiljan Saints jaħsdu lil Għaxaq Wolves

Aqra wkoll

San Ġiljan Saints ħolqu l-ewwel sorpriża tal-istaġun wara li ħasdu lil-leaders tal-Ewwel Diviżjoni Għaxaq Wolves hekk kif rebħulhom 1-0.

Għaxaq Wolves – San Ġiljan Saints 0-1

San Ġiljan taw wirja qalbiena hekk kif għelbu lil-leaders Għaxaq Wolves 1-0. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 0-0 hekk kif is-Saints kienu ferm iddixxiplinati tattikament filwaqt li bdew itellgħu kontrattakki perikolużi.

Għaxaq ippruvaw jilagħbu l-logħba tipika tagħhom iżda sabuha diffiċli fil-ġurnata. L-uniku gowl tal-partita ġie skorjat fit-tieni taqsima permezz ta’ Julien Muller.

Referee kien Ray Tabone.

Balluta Barracudas – Ta’ Ġiorni Wanderers 6-0

Balluta Barracudas kisbu s-sitt rebħa staġjonali hekk kif iddominaw kompletament il-partita tagħhom kontra Ta’ Ġiorni Wanderers tant li rebħulhom 6-0.

Timothy Zammit Lupi skorja doppjetta filwaqt li Benji Galea Souchet, Jeremy Attard, Andrew Tortell u Thomas Mifsud żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Referee kien Peter Abela.

Gudja Wanderers – Attard Edex Kings 0-0

Fl-unika logħba li kellna mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Gudja Wanderers u Attard Edex Kings temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 0-0.

Kienet logħba ferm magħluqa biż-żewġ difiżi li xejnu kull attakk avversarju. Dan id-draw ftit ċaqlaq il-klassifika taż-żewġ timijiet.

Referee kien Alper Can.

Mosta Vikings – Naxxar Victorians 1-0.

Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni waslu l-ewwel punti ta’ Mosta Vikings wara li għelbu lil Naxxar Victorians 1-0. L-uniku gowl ġie skorjat wara biss erba’ minuti permezz ta’ Jeremy Ellul li għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Referee kien Gjorgji Bitri.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 25, Marsa St Michael’s 22, Valletta St Paul’s 21, Balluta Barracudas 18, San Ġiljan Saints 11, San Ġwann Pro Evolution 9, Ta’ Ġiorni Wanderers 4, Mqabba Albions 0.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Valletta Stars St Dominic 18, Senglea Gunners 16, Attard Edex Kings 14, Birzebbuġa St Peter’s AFC, Żebbuġ Youngsters 13, Ħamrun Amateurs 6, Gudja Wanderers 5, Ħal Far Titans 0.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Swieqi United AFC 22, Qajjenza AFC 13, St Paul’s Bay NMFC 7, Naxxar Victorians 6, Mosta Vikings 3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport