Friday, December 20, 2024

MAFA: Valletta St Paul’s fil-quċċata

Aqra wkoll

Valletta St Paul’s telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA wara li għelbu lil Balluta Barracudas 2-1.

Kif mistenni kienet logħba ferm kumbattuta li baqgħet inċerta sal-aħħar bejn żewġ timijiet li kienu għaddejjin minn mument tajjeb.

Kienu s-St Paul’s li marru minn fuq fit-32 minuta permezz ta’ Andre Farrugia sabiex l-ewwel taqsima għalqet 1-0 favurihom.

Fit-tieni taqsima, il-Cudas ħarġu determinati u ġabu l-iskor indaqs fl-44 minuta permezz ta’ Thomas Mifsud.

Il-Beltin ftit dehru impressjonati hekk kif skorjaw il-gowl tar-rebħa grazzi għal Elton Da Silva li għeleb lill-goalkeeper avversarju.

B’din ir-rebħa, Valletta St Paul’s issa fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti fuq l-eqreb rivali tagħhom Swieqi Braves.

Referee kien Peter Abela.

Marsa St Michael komplew bit-triq tal-progress meta għelbu lil San Ġiljan Saints 3-1.

Kienet logħba li laħqet il-qofol tagħha fl-ewwel taqsima fejn ġew skorjati tliet gowls.

Marsa marru minn fuq fis-sitt minuta permezz ta’ Oussama Boutayeb li għeleb lill-goalkeeper ta’ San Ġiljan Saints.

Is-Saints wettqu reazzjoni immedjata u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Julien Muller fit-12-il minuta.

Minkejja kollox, daħal fix-xena l-istess Oussama Boutayeb li skorja żewġ gowls oħra fil-35 u fil-65 minuta għal skor finali ta’ 3-1 favur Marsa St Michael.

Referee kien Gjorgji Bitri.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Għaxaq Wolves irreġistraw it-tmien rebħa staġjonali meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 3-0.

Il-Wolves marru fil-vantaġġ wara żewġ minuti logħob u amministraw il-partita filwaqt li skorjaw żewġ gowls oħra.

Rodney Grixti poġġa lil Għaxaq minn fuq sabiex Christian Cassar fit-12-il minuta għamilhom 2-0.

Oliver Grixti ssiġġilla r-rebħa fis-37 minuta sabiex it-tim tiegħu huma kważi ċerti mir-rebħ tal-kampjonat u anke l-promozzjoni.

Referee kien Lorry Sammut.

Birkirkara St Joseph u Buġibba Club de SWAT temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw diżappuntanti ta’ 0-0 sabiex il-klassifika tagħhom ftit inbidlet.

Iż-żewġ naħat ippruvaw jiskorjaw iżda d-difiżi rispettivi kienu ferm sodi sabiex jevitaw xi gowls.

B’dan id-draw, iż-żewġ naħat ħallew lil Żebbuġ Youngsters waħedhom fl-aħħar post tal-klassifika.

Referee kien Karl Stefan Galea.

Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Kalkara Flames komplew itejbu r-riżultati tagħhom wara skor ta’ 3-1 kontra Naxxar Victorians.

Wara bidu ferm diżappuntanti, it-tim mill-Kalkara rkupra tajjeb sabiex irreġistraw it-tieni rebħa staġjonali u saħanistra qabżu lill-istess Naxxar fil-klassifika.

Orcun Saritad kien l-eroj għall-Flames meta skorja doppjetta b’Nicholas Grech li jżid ieħor għat-tim tiegħu.

Naxxar kienu marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita permezz ta’ Eman Agius.

Referee kien Jonathan Balzan.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Valletta St Paul’s 19, Swieqi Braves 17, San Ġwann Pro Evolution Academy 13, Marsa St Michael ,San Ġiljan Saints 12, Balluta Barracudas 11, Senglea Gunners 10, Valletta Stars 6.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves 25, Attard Edex Kings 16, Ta’ Ġiorni Wanderers 14, Mqabba Albions 12, Gudja Wanderers 8, Birkirkara St Joseph, Buġibba Club de SWAT 7 Żebbuġ Youngsters 6,.

KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI

Ħamrun Amateurs 17, Ħal Far Titans 16, Kalkara Flames 8, Naxxar Victorians 6, Mosta Vikings 2

Ekonomija

Sport