Monday, May 13, 2024

Blackball: Ħamrun 147 A fit-tieni post tal-klassifika

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball wara wirja dominanti kontra Qormi Anici B 11-3.

Il-Ħamruniżi ħadu vantaġġ mill-fatt li Cospicua Rangers ma kinux fl-azzjoni sabiex issa jinsabu punt biss bogħod minnhom għalkemm għandhom logħba iktar.

F’logħba ferm bilanċjata, San Ġwann Nick’s A u Qormi Anici A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 10-10.

Fil-kampjonat reġjonali, Ħamrun 147 A telgħu fit-tieni post tal-klassifik wara skor ta’ 11-5 kontra Domus Kids Żejtun.

Anke Selmun Bar A u Każin Pinto Qormi A irreġistraw tliet punti importanti wara rebħiet kontra PL Balzan (11-9) u Valletta Fossa Boys A (11-5) rispettivament.

Fi grupp A tal-Community League, Qormi Anici D u San Ġwann Tiki Taka A għadhom jaqsmu l-ewwel post hekk kif għelbu lil Selmun Bar C (11-6) u Birkirkara Boċċi (11-8) rispettivament. L-istess San Ġwann lagħbu wkoll logħba oħra matul din il-ġimgħa fejn għelbu lil Juve Birkirkara B 11-9.

Juve Birkirkara B kisbu tliet punti importanti għall-klassifika tagħhom wara skor ta’ 11-5 kontra Mrieħel Billiard House.

F’konfront ferm bilanċjat, San Ġwann Nick’s B u PL Balzan B spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

Fi grupp B, San Ġwann Tiki Taka B baqgħu fl-ewwel post wara rebħa ta’ 11-3 kontra Qormi Anici C filwaqt li Juve Birkirkara A għelbu lil Qormi Anici E 11-5.

Valletta Fossa Boys u Taċ-Ċaċċu Qormi xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Selmun Bar B 11-8 u lil Domus Kids Żejtun B 11-9.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 15, Ħamrun 147 A 14, Valletta Breakwater 12, Jojo’s Birżebbuġa, San Ġwann Nick’s 7, Qormi Anici B, Ħamrun 147 B 5, Qormi Anici A 3.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 18, Ħamrun 147 D 10, Selmun Bar A 9 , Domus Kids Żejtun, PL Balzan A 8, Valletta Fossa Boys A, Każin Pinto Qormi A 3

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D, San Ġwann Tiki Taka A 18, Birkirkara Boċċi 15, Juve Birkirkara B 12, Mrieħel Billiard 7, PL Balzan B 5, San Ġwann Nick’s B 4 , Selmun Bar C 3.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 19, Juve Birkirkara A 13, Valletta Fossa Boys B 12, Qormi Anici E 11, Taċ-Ċaċċu 10 , Selmun Bar B, Qormi Anici C 7,, Domus Kids B 1.

Sadanittant ingħata bidu għall-kampjonat nazzjonali tal-Għid fejn kellna dawn ir-riżultati:

VALLETTA BREAKWATER – HAMRUN 147 B 15 – 5

COSPICUA RANGERS – QORMI ANICI A 12 – 8

SAN GWANN NICK’S A – QORMI ANICI B 14 – 6

HAMRUN 147 A – JOJO’S BIRZEBBUGA A 11 – 9

JOJO’S BIRZEBBUGA A – HAMRUN 147 A 15 – 21

HAMRUN 147 B – VALLETTA BREAKWATER 10 – 21

QORMI ANICI B – SAN GWANN NICK’S A 12 – 21

Sport