Saturday, September 7, 2024

Malta bdiet tieħu sehem  fl-Olimpjadi mill-1928

Aqra wkoll

Minkejja li matul is-snin sar aċċenn kbir għall-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku tal-1936 għall-fatt li saru fil-Ġermanja ta’ Adolf Hitler, ta’ min wieħed jgħid li l-ewwel parteċipazzjoni tal-Maltin f’din il-manifestazzjoni sportiva mondjali kienet seħħet fl-1928 jiġifieri 96 sena ilu.

Malta ħadet sehem fl-avveniment tal-waterpolo tal-     Olimpjadi tas-Sajf tal-1928 li sar bejn l-4 u l-11 ta’ Awwissu.

B’kollox ħadu sehem 14-il team b’dak Malti jkun kompost minn disa’ players fejn fl-ewwel logħba l-Maltin għelbu lil Lussemburgu 3-0 (1-1, 2-0) fir-round tal-Aħħar 16.

Iżda fil-kwarti-finali sabu għadma iebsa meta ltaqgħu kontra Franza li ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 16-0 (8-0, 8-0) iżda fis-semi-finali tilfu kontra l-Ungerija 5-3 (1-1, 4-2) waqt li l-Ġermanja eliinaw lil Gran Britannja 8-5 (5-1, 3-4).

Il-midalja tad-deheb rebħuha l-Ġermanja li għelbu lill-Ungerija 5-2 (0-2, 2-0, ħin barrani 3-0) waqt li Franza ħadu l-midalja tal-bronż meta għelbu lil Gran Britannja 8-1 (4-1, 4-0).

Il-players li ffurmaw l-iskwadra Maltija kienu Harry Bonavia, Meme Busietta, Victor Busietta, Louis Darmanin, Edoardo Magri, Francisco Nappa, Victor Pace, Turu Rizzo (il-famuż għawwiem fit-tul) u Roger Vella.

Fil-klassifika ġenerali Malta temmet fit-tmien post.

ATLETIKA U WATERPOLO FIL-ĠERMANJA 1936

Wara li fl-1932 Malta ma ħaditx sehem fl-Olimpjadi, erba’ snin wara fl-1936 il-kontinġent Malti kien iffurmat minn żewġ atleti li ħadu sehem fil-100m, Alfred Bencini u Austin Cassar-Torreggiani.

It-team tal-waterpolo kien kompost minn Jimmy Chetcuti, Joseph Demicoli, Jack Frendo Azzopardi, Alfred Lanzon, Babsie Podestá, Wilfred Podestá, Pippo Schembri, Sydney Scott u Frank Wismayer.

Il-Maltin kienu fi Grupp 2 li kien wieħed ferm diffiċli tant li tilfu 12-0 kontra l-Ungerija, 8-2 kontra l-Gran Britannja u 7-0 kontra l-Jugoslavja u fil-klassifika ġenerali spiċċaw fis-16 u l-aħħar post.

Ekonomija

1 kumment

Comments are closed.

Sport