Sunday, November 24, 2024

Malta bit-tieni l-inqas nies bla xogħol fl-UE

– Rapport tal-Eurostat

Aqra wkoll

Rapport tal-Eurostat qal li f’Mejju li għadda l-Polonja kellha l-iktar rata baxxa ta’ qagħd meta kien hemm rata 3%. Wara, ġew Malta u Slovenja meta kellhom rata ta’ 3.3% filwaqt li l-Ġermanja kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea meta kellha rata ta’ 3.3%.

Eurostat irraporta li r-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hi 6% filwaqt li fiż-Żona Ewro kien hemm rata medja ta’ 6.4%.

Fl-istess rapport ħareġ li f’Mejju li għadda kien hemm aktar minn 13-il miljun persuna jirreġistraw għax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Aktar minn 11-il miljun minnhom kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżi li huma fiż-Żona Ewro.

Meta l-istess rapport qabbel Mejju ta’ din is-sena ma’ Mejju tas-sena li għaddiet, instab li l-qgħad żdied kemm fl-Unjoni Ewropea u anke fiż-Żona Ewro.

Sport