Saturday, April 18, 2026

Malta b’wirjiet pożittivi fil-Nations Cup 2026 f’Gibraltar – Luke Said jasal sal-aħħar tmienja

Aqra wkoll

Il-ħames ġurnata tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 kien waħda intensiva għat-timijiet Maltin bil-plejers li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna li kisbu riżultati mħallta iżda ferm inkoraġġanti f’diversi kategoriji.

It-tim A tal-irġiel impressjonaw b’rebħa kbira ta’ 18-7 kontra Ġibilta’, qabel komplew fuq l-istess ritmu u għelbu lil Irlanda ta’ Fuq 14-11, riżultat li juri l-konsistenza u l-kwalità tat-tim Malti.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel B, it-tim B tal-irġiel kellhom bidu diffiċli meta tilfu 15-10 kontra Wales Mens B, segwita minn telfa oħra 10-15 kontra Skozja B1. Madankollu, huma rkupraw b’mod impressjonanti aktar tard fil-ġurnata meta għelbu lil Spanja B1 b’riżultat dominanti ta’ 22-3.

Prestazzjoni notevoli waslet mit-tim tas-Seniors li kisbu rebħa tajba ta’ 15-10 kontra BAF Seniors A, u aktar tard żiedu suċċess ieħor drammatiku meta għelbu lil Awstralja A 13-12 f’konfront missielta sal-aħħar.

Fil-livell taż-żgħażagħ, Malta U23 A bdew tajjeb b’rebħa ta’ 15-10 kontra Wales U23 B, iżda aktar tard sofrew telfa minima ta’ 12-13 kontra Wales U23 A, f’logħba bilanċjata ħafna.

Fuq livell individwali, Luke Said kiseb suċċess importanti meta għeleb lil Hugh Tomson 5-3, riżultat li wasslu biex jikkwalifika għall-kwarti tal-finali jew aħjar l-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni..

Illum tintlagħab is-sitt ġurnata fejn it-timijiet Maltin ikunu involuti f’dawn il-logħbiet :

08:00

  • Malta Men’s A vs Wales Men’s A
  • Malta Seniors A vs Gibraltar Seniors A

11:00

  • Malta Seniors A vs Northern Ireland Seniors A
  • Malta Men’s B vs Spain Men’s B

14:00

  • Malta U23 A vs Ireland U23 A

17:00

  • Malta Men’s B vs Scotland Men’s B
  • Malta U23 A vs Scotland U23 B

20:00

  • Malta Men’s B vs Wales Men’s B1
  • Malta Men’s A vs Mexico Men’s A

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport