Minn Cristian Muscat
BIRKIRKARA……………. 4
GZIRA UNITED…………. 0
Birkirkara kellhom bidu tal-istaġun mill-aktar pożittiv meta rreġistraw rebħa ta’ 4-0 fuq Gzira United li setgħet kienet akbar.
Min-naħa tal-Ġżirjani, ippreżentaw prestazzjoni diżappuntanti meta rari heddew il-lasti avversarji hekk kif dehru maħkuma minn għejja fiżika u mentali … biex naqsu li jżommu l-pass mal-Karkariżi.
L-ewwel attakk denju ta’ nota wasal fit-tmien minuta meta l-winger Karkariż, Amarildo De Souza Junior, daħal fil-kaxxa u minn pożizzjoni angolata pprova jittanta xortih bil-ballun jgħaddi tul il-lasti Gżirjani.
Iżda żewġ minuti wara, l-istess Amarildo De Souza Junior fetaħ l-iskor meta rċieva l-ballun fi tliet kwarti ta’ ground mingħand Aleandro Garzia u b’azzjoni personali sserrep bejn erba’ difensuri avversarji u b’xutt fil-baxx, minkejja li kien wieħed dgħajjef, ipplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Madankollu, fil-15-il minuta, Birkirkara fallew ċans tad-deheb li jżidu l-iskor meta mill-cross ta’ Jake Vassallo, Franklin Sasere ma laqatx tajjeb il-ballun li wasal għand Amarildo li minn taħt il-lasti għamel l-impossibbli u xeħet għoli.
Peró, minuta wara, l-Istripes irduppjaw meta minn through pass ta’ Garzia, FRANKLIN SASERE ġera aktar minn Garbiel Bohrer Mentz u minn qagħda angolata xeħet fir-rokna tax-xibka.
Fit-22 minuta, Birkirkara pprotestaw għal penalty meta Andrew Borg deher iwaqqa’ lil Sasere … iżda wara konsultazzjoni mal-FVS, kollox kien normali għar-referee, Alex Johnson, li kellu kontroll impekkabbli.
Fit-43 minuta, il-Karkariżi fallew ċans ieħor meta Amarildo ħarab waħdu iżda ġie antiċpat mill-goalkeeper, Karl Sargent, bil-ballun jasal għand Rafael Ferreira li waħdu quddiem il-lasti falla l-mira.
Fis-sitt minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara skorjaw it-tielet goal meta ngħataw penalty wara li Andrew Borg ikkommetta foul fuq Garzia fil-kaxxa … u mill-11-il metru FRANKLIN SASERE bagħat lil Sargent fuq in-naħa l-ħażina.
Wara dan il-goal, it-team immexxi mill-coach, Paul Zammit, naqqas mir-ritmu iżda xorta waħda kien kapaċi jikkontrolla l-andament u lill-avversarji tagħhom.
Fit-80 minuta, Sasere ħaseb li skorja tripletta iżda l-goal tiegħu mħassar għal pożizzjoni ta’ offside.
Iżda erba’ minuti wara, l-Istripes issiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut LOUIS PAHAMA sab l-ispazju u xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Birkirkara: Rashid Al Tumi, Bernardo Wesley Frazan (Jan Busuttil 86), Rafael Vicente Ferreira, Jefferson Vitor Da Silva, Zach Muscat, Neil Micallef (Aleksandar Dordevic 67), Franklin Sasere (Kemar Reid 86), Jake Vassallo, Aleandro Garzia (Keith Brewer Shaft 78), Kadu Ribeiro Durval, Amarildo Aparecido De Souza Junior (Louis M’Vemba Pahama Ndualu 67) – Coach: Paul Zammit
Gzira U.: Karl Sargent, Albion Pllana (Antiago De Flavia 77), Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Dinis Djadjo 65), Brooklyn Borg (Nathan Joyce 77), Maxuell Maia, Marc Van De Bovenkamp Font, David Xuereb (Dejan Farrugia 65), Jonathan Leonardo Farias (Luis Gabriel Euphrasio 46), Francisco Saldanha De Morais – Coach: Darren Abdilla
Referee: Alex Johnson
assistenti: Mitchell Scerri, Mark Ciantar
Raba’ Uff.: Glen Tonna
Skorers: Amarildo 10, F. Sasere 16, 51 pen, L. Pahama (B)
Ammoniti: B. Frazan, N. Micallef, D. Ribeiro (B); M. Maia, G. Mentz (GU)
Player tal-Logħba: Franklin Sasere (Birkirkara)




