Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar, aktar kmieni llum weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija, Swieqi.

Kienu għall-ħabta tal-11.30am, meta ntalbet l-assistenza fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li kien qed isuq mutur Suzuki, għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Is-sewwieq ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport