Minn Cristian Muscat
HAMRUN SPARTAN……0
MOSTA……………………………..2
Mingħajr ma jitnaqqas mill-mertu tagħhom Mosta wettqu sorpriża meta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0.
Il-Mostin ħasdu lill-Ispartans meta fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, wara biss erba’ minuti, meta minn azzjoni li bdiet minn free-kick, il-ballun intemm għand THIAGO ESPINDOLA li minn pożizzjoni ferm angolata ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Mathias Debono, isalva.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun u kienet meħtieġa reazzjoni mmedjata min-naħa tagħhom b’din tasal fit-13-il minuta meta Shaisen Attard ittanta xortih permezz ta’ xutt angolat kważi minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit barra.
Fid-19-il minuta, il-coach ta’ Mosta, Joseph Grech, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ l-captain Sasha Cachia, biex minfloku daħal jilgħab Emmanuel Ugwu.
Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu, fit-22 minuta, meta l-Kroat, Ante Coric, kellu x-xutt jintemm ftit għoli.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu jfittux l-goal tad-draw, u fit-48 minuta, is-sostitut Damir Ceter kellu l-konklużjoni fil-baxx li ntemmet barra.
Fis-57 minuta, resqu viċin li jiksbu meta Jake Grech kellu x-xutt bid-dawra jiġi mdawwar f’corner minn David Udoh Akpan. Fis-66 minuta, Matthew Guillaumier xxuttja għoli għall-Ħamruniżi … filwaqt li fis-76 minuta, Mosta rduppjaw peremzz ta’ ġmiel ta’ goal minn xutt stupend mid-distanza ta’ GIABCARLO GONCALVES, li ħasad għal kollox lil Debono.
Fid-79 minuta, l-Ispartans kienu sfortunati meta Coric kellu kellu free-kick li l-ewwel ħabat mal-mimduda imbagħad mal-wieqfa, b’Mosta jeħilsuha ħafif.
Hamrun S.: Matthias Debono, Rafel Compri (Serigne Saliou Thioune 62), Matthew Guillaumier, Shaisen Attard (Marcelo Aguiar De Alves 62), Jake Grech, Lucas Villela (Damir Ceter 46), Jack Ipalibo (Vincenzo Polito 46), Ognjen Bjelicic (Kean Scicluna 74), Ante Coric, Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Coach: Marco Amelia
Mosta: David Udoh Akpan, Sasha Cachia (Emmanuel Ugwu 19), Nevin Portelli (Jamie Scerri 81), Giancarlo Goncalves, Kurt Zammit, Ernest Agyiri (Peter Ohaka 60), Prince Afriyie, Charles Oderinde, Nathan Cross (Lydon Calleja Attard 81), Thiago Espindola, Wanderson Pinheiro Diniz (Emmanuel Chukwuemeka 81) – Coach: Joe Grech
Referee: Joseph Scerri
assistenti: David Castillo, Wayne Spiteri
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: T. Espindola 4, G. Goncalves 76 (M)
Ammoniti: G. Goncalves, T. Espindola, P. Ohaka (M)
Player tal-Logħba: Prince Afriyie (Mosta)




