Minn Cristian Muscat
BIRŻEBBUĠA ST PETER’S…… 1
SLIEMA WANDERERSċċ…….. 2
Sliema Wanderers kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 2-1.
Din kienet reazzjoni importanti mis-Slimiżi wara żewġ telfiet konsekuttivi, filwaqt li Birżebbuġa sofrew it-tielet telfa nfila u baqgħu bla punt f’qiegħ il-klassifika flimkien ma’ Gzira United.
Kienu Birzebbuġa li ħolqu periklu fis-seba’ minuta, meta Yuri De Jesus Messias ipprova xutt mid-distanza li għadda ftit barra.
Il-Wanderers wieġbu erba’ minuti wara u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor, meta Alli Walet Musa serva lil Robin Polley, li kien qed jagħmel id-debutt tiegħu, iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa mal-wieqfa.
Fit-23 minuta seħħ episodju kontroversjali meta r- referee Philip Farrugia wera karta ħamra lil Gustavo Alcino wara daħla kerha fuq Yuri De Jesus Messias.
Madankollu, wara konsultazzjoni mal-FVS, id- deċiżjoni nbidlet u l-player ta’ Sliema ntwera l-karta s- safra.
Fl-34 minuta, Sliema fetħu l-iskor. Teddy Teuma rebaħ il-ballun u għadda lejn Alex Satariano, li mbagħad serva lil Nigel Robertha. Dan għadda l-ballun lejn ALLI WALET MUSA, li mill-viċin ma żbaljax u skorja l-ewwel goal ta’ Sliema ta’ dan l-istaġun.
Qabel tmiem l-ewwel taqsima, free-kick ta’ Teuma ġiegħel lil Mattia Chiesa jagħmel save tajjeb.
Fis-56 minuta, Birzebbuġa kisbu d-draw permezz ta’ Yuri De Jesus Messias li daħal bħall-vleġġa u għeleb lill-goalkeeper, Henry Bonello.
Iżda ħames minuti wara, il-Blues reġgħu marru fil- vantaġġ grazzi għal xutt ta’ Sebastian Cojocaru minn madwar 20 metru bogħod hekk kif skorja l-goal rebbieħ għall-Wanderers proprju fid-debutt tiegħu.
Fil-ħin miżjud Sliema resqu viċin li jżidu l-iskor meta s-sostitut Matteo Lorenzi kellu x-xutt mid-distanza li ġie devjat f’corner minn Chiesa.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Felipe de Campos, Zachary Cassar, Shaun Dimech, Yuri De Jesus Messias, Gabriel Costa Goncalves (Stipe Tokic 64), Kurt Bondin, Juan Ramires Bolanos, Bruno De Souza Silva, Luis Carlos Riascos (Rasmus Pedersen 64), ̉Zachary Scerri – Coach: Edgar Degabriele
Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Nigel Benjamin Robertha (Sebastian Cojocaru 58), Teddy Teuma (Matteo Lorenzi 66), Gustavo Alcino, Alex Satariano (Brian Ariel Gambarte 78), Luke Montebello (Nikolaos Karelis 58), Vlatko Drobarov, Alli Walet Musa, Robin Polley (Adam Magri Overend 78), Steve Pisani – Coach: Branko Nisevic
Referee: Philip Farrugia
assistenti: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar
Raba’ Uff.: Alex Johnson
Skorers: A. Walet Musa 34, S. Cojocaru 61 (SW), Y. De Jesus Messias 56 (BSP)
Ammoniti: G. Alcino, H. Bonello, S. Pisani (SW), Z. Cassar, J, Ramires Bolanos (BSP)
Player tal-Logħba: Alli Walet Musa (Sliema W.)




