Sunday, November 8, 2026
Home Sport Malta Premier League: Sliema Wanderers jissuperaw lil Valletta

Malta Premier League: Sliema Wanderers jissuperaw lil Valletta

0
28
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

SLIEMA WANDERERS…….. 2

VALLETTA……………………. 0

Permezz ta’ wirja konvinċenti, Sliema Wanderers għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima, biex b’hekk wara li fl-ewwel round, kienu l-Beltin li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, il-Wanderers wettqu tpattija sportiva fuq Valletta.

B’hekk Sliema issa għandhom 21 punt fil-klassifika, erba’ punti taħt l-istess Valletta.

Kien biss fid-19-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Beltin ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Diogo Tava­res ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Sliema, Henry Bonello.

Fit-23 minuta, Thaylor Aldama, ittanta xortih permezz ta’ xutt ieħor mid-distanza li reġa’ ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Bonello.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob u proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-26 minuta fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross perfett, ANTHONY LIMBOMBE, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u mill-viċin spara ġewwa.

Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Wanderers u fid-39 minuta, Sebastian Cojocaru ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fid-49 minuta, Limbombe, mill-vi­ċin spara għoli.

Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda fl-54 minuta meta Emmanuel Moise Mbende fit-tentattiv li jikklerja l-ballun, iktar donnu niżżel il-balllun lil SEBASTIAN COJOCARU li b’daqqa ta’ ras ma ħafirx. 

Valletta wieġbu fil-81 mi­nuta meta s-sostitut Yannick Yankam ikkontrolla l-ballun b’sidru qabel venven xutt mid-distanza li iżda ntemm barra.

Huma komplew jippressaw u żewġ minuti wara, is- sostitut l-ieħor Alex De Agui­lar Gomes kellu d-daqqa ta’ ras  minn taħt il-lasti salvata tajjeb minn minn Bonello.

Madankollu, kienu Slie­ma li komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Sliema W.:  Henry Bonello, Teddy Teuma, Brian Ariel Gambarte (Matteo Lorenzi Madeira 83), Gustavo Alcino, Anthony Limbombe (Mohamed Awad 71), Christ Kouadio, Alex Satariano, Sebastian Cojocaru, Musa Ali Wale, Robin Polley, Steve Pisani  – Coach: Branko Nisevic

Valletta: Adilson Maringa, Mattias Ellul (Ignacio Manuel Morello 81), Ermin Bicackic (Sava Radic 60), Andrea Zammit (Keyon Ewurum 60), Bruno Gomes de Oliveira (Alex De Aguilar Gomes 71), Brandon Paiber, Jake Azzopardi (Yannick Yankam 60), Diogo Tavares, Petar Sekulovic, Emmanuel Moise Mbende, Thaylor Aldama  – Coach: Thane Micallef

Referee: Alex Johnson

assistenti: Duncan Spencer, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorers: A. Limbombe 26, S. Cojocaru 54 (S)

Ammoniti: B.A. Gambarte (S), S.Radic (V)

Player tal-Logħba:Teddy Teuma (Sliema Wanderers)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here