Sunday, November 8, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Manchester United u Aston Villa fi draw spettakolari f’Old...

Premier League Ingliż: Manchester United u Aston Villa fi draw spettakolari f’Old Trafford

0
24

Manchester United u Aston Villa temmew fi draw drammatiku ta’ 4-4 f’Old Trafford, f’konfront mill-Premier League li offra tmien goals u finali mill-aktar eċċitanti, hekk kif United irnexxielhom isalvaw punt b’żewġ goals fil-ħin miżjud.

Aston Villa kellhom bidu mill-aqwa u marru 2-0 minn fuq fl-ewwel erba’ minuti permezz ta’ Alysson u Nicolas Jackson, li ħasdu lid-difiża ta’ Manchester United.

It-twam ta’ Michael Carrick irreaġixxa u fil-15-il minuta naqqas id-distakk permezz ta’ Bruno Fernandes minn penalty. Il-United komplew jagħfsu u erba’ minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima kisbu d-draw minn Youri Tielemans.

It-tieni taqsima reġgħet bdiet b’Villa fil-vantaġġ. John McGinn skorja minn penalty fit-48 minuta wara foul ta’ Diogo Dalot fuq Alysson. Ħames minuti wara, Leon Goretzka kabbar il-vantaġġ għal 4-2 wara konfużjoni fid-difiża ta’ United.

Meta kollox deher li l-Villa kienu se joħorġu rebbieħa, Manchester United wettqu reazzjoni spettakolari. Joshua Zirkzee naqqas id-distakk fit-92 minuta wara kross ta’ Patrick Dorgu.

U meta l-partitarji ta’ United kienu qed jittamaw għall-miraklu, Dorgu sar il-protagonist ewlieni meta fis-96 minuta skorja bir-ras minn corner wara żball tal-goalkeeper Zion Suzuki biex salva punt għal Manchester United.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here