Fi stqarrija, Victoria Hotspurs FC ħabbru li l-coach Oliver Spiteri m’għadux kowċ tagħhom wara sensiela ta’ riżultati negattivi.
Il-klabb esprima l-gratitudni sinċiera tiegħu lill-kowċ is-Sur Oliver Spiteri, fejn stqarr li kien figura strumentali fiż-żewġ promozzjonijiet suċċessivi tat-tim, mill-MFA Amateur League II għall-MFA Amateur League I u mbagħad għall-BOV Challenge League attwali. Victoria Hotspurs irrimarkaw li “huwa kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-istruttura professjonali attwali tal-Klabb. Id-dedikazzjoni, l-impenn u l-passjoni tiegħu lejn Victoria Hotspurs FC dejjem se jibqgħu mfakkra u apprezzati.”
B’ħarsa ‘l quddiem, il-klabb stqarr li “issa wasal iż-żmien li nerġgħu ningħaqdu, nirriflettu u nħarsu ‘l quddiem. Qegħdin fil-proċess li nidentifikaw suċċessur adattat li jista’ jieħu ħsieb it-tim.”




