Marco Bezzecchi rebaħ il-Grand Prix tal-MotoGP tal-Qatar wara prestazzjoni dominanti fiċ-ċirkwit ta’ Lusail, fejn illidja t-tiġrija mill-bidu sat-tmiem biex kiseb rebħa importanti għal Aprilia.
It-Taljan temm it-tiġrija b’vantaġġ ta’ aktar minn tliet sekondi fuq Marc Marquez, li kellu jikkuntenta bit-tieni post. B’dan ir-riżultat, Marquez tilef l-ewwel opportunità tiegħu li jissiġilla t-titlu mondjali tat-2026.
Marquez, li kellu bżonn jirbaħ biex jaċċerta ruħu mit-titlu, sab lil Bezzecchi diffiċli biex jegħlbu hekk kif dan tal-aħħar ikkontrolla r-ritmu tat-tellieqa fuq it-22 dawra.
Raul Fernandez temm fit-tielet post biex kompla t-tmiem il-ġimgħa pożittiv għal Aprilia, filwaqt li Ai Ogura kklassifika fir-raba’ post. Jorge Martin, li kien qed jikkompeti minkejja injury fil-polz, temm fis-seba’ post.
Minkejja t-tieni post, Marquez għadu f’ras il-klassifika b’vantaġġ ta’ 60 punt fuq Martin, filwaqt li Bezzecchi jinsab fit-tielet post b’74 punt inqas mill-Ispanjol.
Għaldaqstant, ir-rebħ tat-titlu ġie pospost għall-Grand Prix tal-Portugall, fejn Marquez se jkollu opportunità oħra li jikkonferma l-kampjonat.






