Sunday, November 8, 2026
Home Sport Tennis: Alcaraz jirbaħ il-Paris Open għall-ewwel darba

Tennis: Alcaraz jirbaħ il-Paris Open għall-ewwel darba

0
27

Carlos Alcaraz rebaħ il-Paris Open għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu wara li fil-finali għeleb lill-Amerikan Ben Shelton f’żewġ sets, 7-6 (7-5), 7-5.

It-tennista Spanjol, li għandu 23 sena, kiseb id-disa’ titlu tiegħu f’tournament tal-Masters 1000 u l-29 titlu fil-karriera professjonali tiegħu. Din kienet ukoll rebħa ta’ vendetta sportiva għal Alcaraz, hekk kif Shelton kien eliminah fil-kwarti tal-finali tal-US Open aktar kmieni din is-sena.

L-ewwel set kien wieħed ferm bilanċjat, biż-żewġ players iżommu s-serve tagħhom. Għaldaqstant, is-set kellu jiġi deċiż permezz ta’ tie-break, li Alcaraz rebaħ 7-5 wara li approfitta minn diversi żbalji mhux sfurzati tal-Amerikan.

Fit-tieni set, Shelton irnexxielu jikseb break u mar 3-2 minn fuq, iżda Alcaraz irreaġixxa u reġa’ daħal fil-logħba biex ġab id-draw 4-4. L-Ispanjol kompla jżid il-pressjoni u meta Shelton kien qed iservi biex iżomm il-finali ħajja, Alcaraz approfitta mill-iżbalji tiegħu biex kiseb il-break deċiżiv u għalaq il-partita 7-5.

Issa Alcaraz se jkun qed jipprepara għall-ATP Finals f’Turin, fejn se jipprova jtemm is-sena b’suċċess ieħor.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here