Sunday, November 8, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Brighton jitilgħu fit-tieni post tal-klassifika

Premier League Ingliż: Brighton jitilgħu fit-tieni post tal-klassifika

0
25

Brighton kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Brentford fl-Amex Stadium u telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-Premier League. 

Diego Gomez fetaħ l-iskor fil-15-il minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. Il-kompitu ta’ Brentford kompla jikkomplika ruħu fit-23 minuta meta Igor Thiago tkeċċa b’karta ħamra wara intervent tal-VAR. 

Brighton approfittaw mis-superjorità numerika u fit-42 minuta Pascal Grss irdoppja l-iskor minn penalty. Fit-tieni taqsima, Brighton komplew jiddominaw, iżda ma rnexxielhomx ikabbru l-vantaġġ. Brentford, min-naħa tagħhom, ma setgħux jevitaw it-telfa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here