Sunday, August 16, 2026
Home Sport Malta Premier League: Valletta jdawru telfa f’rebħa

Malta Premier League: Valletta jdawru telfa f’rebħa

0
1
ritratt: Dominic Borg

Minn Cristian Muscat

VALLETTA…………………….4

ZABBAR ST PATRICK……..2

Permezz ta’ wirja ta’ karattru Valletta dawru telfa f’reb­­ħa ta’ 4-2 fuq Zabbar St Patrick permezz ta’ tliet goals fit-tieni taqsima. 

Il-Beltin għamlu l-inten­zjonijiet tagħħom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss ħames minuti, Ignacio Manuel Morello, resaq viċin meta t-tentattiv tiegħu għadda ftit barra.

Żewġ minuti wara, free­kick insidjuż ta’ Roko Prsa ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Zabbar, Patrik Mohorovic.

Il-Beltin komplew jiddominaw u fid-disa’  minuta, Alex Aguilar De Gomes għadda tajjeb lejn Andrea Zammit li mill-viċin tefa’ ġewwa, iżda r-referee Matthew Degabriele, kien pront u ħassar dan il-goal minħabba pożizzjoni ta’ offside.

Valletta reġgħu resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-13-il minuta meta Zammit ap­profitta minn clearance er­ratika ta’ Mohorovic, u indirizza l-ballun f’lasti vojta iżda l-captain ta’ Zabbar, Strahinja Jovancic, salva l-ballun proprju minn fuq il-linja fatali.

Iżda, fis-17-il minuta, kontra x-xejra tal-logħob, iż- Żabbarin fetħu l-iskor  permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ NICOLAS LANCIONI li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Belti, Adilson Aguero Dos Santos.

Valletta wettqu reazzjoni u fil-31 minuta rebħu penalty meta Zven Polidano waqqa’ lil Zammit fil-kaxxa, bir-re­feree jikkonferma d-deċiżjoni wara li kkonsulta l-FVS.

Mill-11-il metru, l-istess ANDREA ZAMMIT ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Mohorovic in-naħa opposta.

Il-partita kompliet tisbieħ u fl-40 minuta kien imiss lil Zabbar li jingħataw penalt­y meta Adilson Aguero Dos Santos waqqa’ lill-awtur tal-ewwel goal Żabbari, Lancioni, fil-kaxxa … biex MARIO FONTANELLA ma ħafirx.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq Valletta u fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu fuq l-offensiva u, fit-62 minuta kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner mogħti mis-sostitut Pe­tar Sekulovic, is-sostitut l-ieħor,  NEIL ANTHONY MICALLEF, xeħet fix-xibka bir-ras biex dan kien pro­prju l-ewwel goal fil-karriera tiegħu.

Huma komplew jippressaw u, fis-76 minuta, ingħa­taw penalty ieħor meta Strahinja Jovancic waqqa’ lil Bruno Gomes fil-kaxxa … biex ANDREA ZAMMIT reġa’ ma falliex u rreġistra d-doppjetta personali.

Żewġ minuti wara, il-Lilywhites issiġillaw ir-rebħa b’xutt mid-distanza ta’  DIOGO TAVARES li ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Mohorovic.

Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Mattias Ellul (Diogo Tavares 46), Andrea Zammit, Brandon Paiber (Bruno Gomes 58), Jake Azzoaprdi, Roko Prsa (Petar Sekulovic 58), Alex De Aguilar Gomes (Keyon Ewurum 89), Emmanuel Moise Mbende, Sava Radic, Thaylor Aldama, Ignacio Manuel Morello (Neil Anthony Micallef 58) – Coach: Shane Micallef

Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Nicolas Lancioni (Kaiden Fenech 83), Charles M’Mombwa, Joao Henrique Carnargo, Jake Micallef, Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Zven Polidano (Thomas Melillo 71), Andre Moriceu (Shelom Magri 89), Adnan Basic (Jurgen Pisani 71), Mario Fontanella (Liam Micallef 83) – Coach: Gilbert Agius

Referee: Matthew Degabriele

assistenti: Jurgen Spiteri, David Castillo

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: N. Lancioni 17, M. Fontanella  41 pen (ZSP), A. Zammit 31 pen, 76 pen, N. A. Micallef 62, D. Tavares 78 (V)

Ammoniti: J. Mafra, T. Moriceau (ZSP), T. Aldama, B. Paiber, A. Aguero Dos Santos (V)

Player tal-Logħba: Andrea Zammit (Valletta)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here