Wednesday, August 5, 2026
Home Sport Malta se tilgħab logħba ta’ ħboberija kontra Liechtenstein lejn l-aħħar ta’ Settembru

Malta se tilgħab logħba ta’ ħboberija kontra Liechtenstein lejn l-aħħar ta’ Settembru

0
2

It-Tim Nazzjonali Maltu se jilgħab kontra Liechtenstein f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali matul it-tieqa ta’ Settembru.

Il-logħba se ssir fis-27 ta’ Settembru 2026 fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fis-6.30pm, hekk kif it-tim ikompli jipprepara għall-logħbiet li ġejjin tal-UEFA Nations League.

It-tim, immexxi mill-Kowċ Emilio De Leo, se jibda l-kampanja tiegħu tal-UEFA Nations League f’Settembru, fi grupp li jinkludi wkoll lil Andorra u Ġibiltà. Il-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali se ssir bejn l-ewwel logħba barra minn darna kontra Andorra u l-logħba f’darna kontra Ġibiltà.

Din se tkun l-ewwel sena li matulha se jidħlu fis-seħħ il-bidliet fil-kalendarju tal-logħbiet internazzjonali tal-FIFA. Minflok tliet twieqi internazzjonali tal-ħarifa, se jkun hemm żewġ pawżi għal-logħbiet tat-timijiet nazzjonali, bit-twieqi ta’ Settembru u Ottubru jingħaqdu f’tieqa waħda estiża, li tinkludi sa massimu ta’ erba’ logħbiet. It-tieqa internazzjonali ta’ Novembru se tibqa’ l-istess.

De Leo se juża din il-logħba ta’ ħbiberija biex jivvaluta l-forma tal-players u biex jintegra aktar il-players fl-iskwadra, filwaqt li jżomm ukoll il-kundizzjoni fiżika tal-logħbiet matul tieqa itwal ta’ Settembru. Il-laqgħa tirrappreżenta opportunità kbira għat-Tim Nazzjonali biex ikompli jikseb aktar esperjenza internazzjonali.

Il-biljetti għal-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali se jkunu disponibbli f’data aktar tard, b’aktar informazzjoni titħabbar permezz tal-kanali uffiċjali tal-Malta FA.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here