Malta se tospita t-tappa inawgurali tat-tour globali ta’ Inter The Opus fis-17 ta’ Lulju, avveniment li se jagħti lill-partitarji Maltin tan-Nerazzurri, lid-dilettanti tal-futbol, kollezzjonisti u l-pubbliku sportiv opportunità unika biex jiskopru dan il-proġett mill-iktar interessanti.
Inter The Opus hija kullana ta’ pubblikazzjonijiet mid-ditta ta’ fama mondjali Opus li jiċċelebraw l-iktar mumenti sinifikanti fl-istorja glorjuża ta’ FC Internazionale Milano, wieħed mill-aktar klabbs ta’ suċċess fl-Italja u wieħed mill-aktar timijiet popolari fid-dinja. Dan il-proġett jirrappreżenta t-twettiq ta’ ħolma għal Tony Meilak u ibnu Warren, żewġ partitarji ta’ Inter, l-investituri u l-moħħ wara dan il-proġett.
L-appoġġ qawwi li Inter igawdu fil-gżejjer Maltin mistenni jittrasforma t-tnedija ta’ Inter The Opus f’okkażjoni tassew speċjali, b’Gala Dinner li se ssir fis-17 ta’ Lulju fir-Radisson Blu Resort & Spa, Golden Sands.
Dan l-avveniment qed isir wara staġun memorabbli li matulu Inter rebħu l-kampjonat Serie A kif ukoll il-Coppa Italia, suċċess li jkompli jkabbar l-prestiġju tat-tnedija ta’ Inter The Opus f’pajjiżna. Il-pubblikazzjoni tinkudi sezzjoni dedikata għall-unuri mirbuħa minn Inter fl-2025-26 permezz ta’ ritratti u viżwali li jfakkru l-mumenti deċiżivi matul l-istaġun li se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tal-partitarji Interisti.
“Inter The Opus huwa ċelebrazzjoni ta’ FC Internazionale Milano – pubblikazzjoni uffiċjali li tirrifletti l-passjoni, l-unuri u l-legat ta’ wieħed mill-aktar klabbs ikoniċi fid-dinja tal-futbol,” qal Karl Fowler, CEO ta’ Opus.
“Matul l-aħħar sena, it-tim kreattiv ta’ The Opus ħadem mill-qrib mal-istoriċi ta’ Inter, mal-kustodji tal-arkivji tal-klabb u mal-uffiċjali tiegħu. Flimkien, huma esploraw fil-fond l-arkivji ta’ Inter u sabu artefatti rari, ritratti li qatt ma dehru qabel u dokumenti straordinarji li qatt ma ġew ippubblikati. Fil-fatt, huwa stmat li aktar minn 60 fil-mija tal-kontenut ta’ Inter The Opus qatt ma ġie ppubblikat qabel.”
TLIET EDIZZJONIJIET
Il-kollezzjoni tinkludi tliet edizzjonijiet – 118 Marquee, Classic u l-Midi – kull edizzjoni hi mfassla u maħduma b’reqqa biex tagħti ġieħ lill-wirt ta’ Inter permezz ta’ disinn, dimensjoni u rakkont ta’ kwalità għolja.
L-edizzjonijiet Marquee u Classic huma ppreżentati fuq skala innovattiva. Kull volum jiżen 32 kilogramma, jinfetaħ għal aktar minn metru wisa’, u fih aktar minn 800 paġna. L-edizzjoni 118 Marquee hija mżewqa bl-arma ta’ Inter FC magħmula minn fidda u miksija b’deheb ta’ 24 karat fuq il-qoxra. Barra minn hekk, dan huwa l-akbar ktieb li qatt inħoloq għal klabb tal-futbol Taljan.
Fuq is-sit uffiċjali tagħhom, Inter iddeskrivew dan il-proġett bħala ċelebrazzjoni tal-kobor u l-wirt globali tal-klabb: “Din l-edizzjoni rari tmur lil hinn mill-kunċett tradizzjonali ta’ pubblikazzjoni biex issir opra monumentali tal-arti, li timmortalizza l-akbar suċċessi tal-klabb, il-mumenti memorabbli tiegħu u d-devozzjoni tal-partitarji ta’ Inter madwar id-dinja. Hija opra kkummissjonata għall-posterità.”
BARESI MISTIEDEN SPEĊJALI
Il-leġġenda ta’ Inter Giuseppe Baresi se jkun il-mistieden speċjali matul l-ativitajiet marbuta mat-tnedija ta’ Inter The Opus f’Malta. Eks captain tal-klabb, Baresi lagħab aktar minn 550 partita man-Nerazzurri matul il-karriera tiegħu, fejn rebaħ żewġ kampjonati tas-Serie A, żewġ Coppa Italia, it-Tazza UEFA u s-Super Cup Taljana. Huwa lagħab ukoll 18-il darba mat-tim nazzjonali Taljan. Baresi se jkun qed jaqsam il-memorji u l-esperjenzi tiegħu mal-mistednin matul il-Gala Event.
Dawk li jordnaw kwalunkwe edizzjoni ta’ Inter The Opus matul l-Gala Event jew fi żmien 30 ġurnata, se jgwadu minn skont ta’ 10 fil-mija, filwaqt li kundizzjonijiet ta’ ħlas flessibbli huma disponibbli marbuta mal-edizzjonijiet Marquee u dik Classic.
Barra minn hekk, dawk li jakkwistaw kwalunkwe mill-edizzjonijiet waqt il-Gala Event se jgawdu minn firxa ta’ benefiċċji esklussivi oħra, inkluża l-opportunità li jippersonalizzaw il-pubblikazzjoni tagħhom b’għażla ta’ ritratti personali li jfakkru l-isbaħ memorji tagħhom relatati ma’ Inter FC u li jieħdu r-ritratt personali tagħhom bl-istess stil li bih ġew immortalizzati l-plejers ta’ Inter, rebbieħa tad-double, fil-pubblikazzjonijiet Opus.
Se jkunu qed jittellgħu wkoll serje ta’ premjijiet speċjali fosthom Inter Portrait Box Set, set ta’ ritratti artistiċi relatati mal-klabb, poster li jikkommemora t-tim li rebaħ il-kampjonat Serie A u l-Coppa Italia, kif ukoll Opus prestiġjuż 10×10 iffirmat minn żewġ ikoni tal-futbol, Pelè u Maradona, wieħed minn 100 edizzjoni biss madwar id-dinja.
Bħalma ġara fit-tnedija ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti ta’ The Opus, l-ewwel kopja tal-Inter The Opus 118 Marquee Edition se tiġbor fiha l-firem ta’ leġġendi tal-futbol, u personalitajiet distinti matul it-tour kollu, qabel ma tmur għall-irkant bil-qligħ kollu jmur għal skopijiet ta’ karità.
Waħda mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji se tkun Save & Support Trust, organizzazzjoni volontarja Maltija ddedikata biex tagħmel differenza konkreta fil-ħajja ta’ individwi u familji vulnerabbli madwar Malta u Għawdex.
BILJETTI U ORDNIJIET
Inter The Opus Malta Gala Event, li se jsir fis-17 ta’ Lulju, huwa appoġġjat mit-tliet klabbs tal-partitarji ta’ Inter fil-gżejjer Maltin – Inter Club Malta, Inter Club Pupi Zanetti Malta u Inter Club Gozo. Il-biljetti jistgħu jinkisbu permezz ta’ wieħed minn dawn it-tliet clubs, b’benefiċċji addizzjonali għall-membri tagħhom.
Persuni li mhumiex membri ta’ klabb jew li jeħtieġu assistenza, jistgħu jixtru biljett għal dan l-avveniment billi jċemplu fuq 99498242 jew 79444819, jew billi jibagħtu email fuq [email protected].
Il-biljetti għal Inter The Opus Malta Galta Event jiswew €65 għall-adulti u €35 għat-tfal (bejn is-sitta u t-12-il sena).
Dawk li jixtiequ jordnaw waħda mill-edizzjonijiet ta’ Inter The Opus, jistgħu jagħmlu dawn billi jżuru: https://store.thisisopus.com/product/inter-the-opus-118-edition/


