Thursday, December 26, 2024

Malta tinsab fuq quddiem nett fir-rigward tal-għoti ta’ tilqim kontra l-Covid-19

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ċifri ppubblikati minn Covid-19 Vaccination tal-Unjoni Ewropea juru li Malta tinsab fuq quddiem nett f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għoti ta’ tilqim kważi fl-etajiet kollha.

Fil-fatt minn dawn iċ-ċifri ħareġ li Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fost dawk il-persuni li għandhom bejn il-25 sena u d-49 sena hekk kif 70.1% minnhom huma mlaqmin.

Malta wkoll għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fost il-persuni li għandhom bejn is-60 sena u d-69 sena hekk kif 99.1% huma mlaqqma.

Iċ-ċifri juru wkoll li Malta għandha l-ogħla rata ta’ persuni mlaqqma kompletament b’total ta’ 80.9%.

Malta tinsab ukoll fit-tieni post fil-kategorija tal-persuni li għandhom bejn il-50 u d-59 sena. Iċ-ċifri ppubblikati juru li f’din il-kategorija, 86.4% ta’ dawn l-adulti huma mlaqqma kompletament. Fl-ewwel post hemm l-Irlanda b’90.9%.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport