Tuesday, May 14, 2024

Malta titla’ post wieħed fir-rankings tad-Dinja tal-FIFA

Aqra wkoll

Malta telgħet post wieħed fir-rankings tad-Dinja tal-FIFA/Coca-Cola, wara t-telfa ta’ Malta ta’ 2-1 kontra l-Estonja fil-UEFA Nations League u r-rebħa ta’ 2-1 fuq Iżrael f’partita ta’ ħbiberija internazzjonali li ntlagħbet f’darna f’Settembru li għadda.

Malta issa tinsab klassifikata fil-168 post fil-klassifika Dinjija FIFA/Coca-Cola u kisbet total ta’ 3.24 punti. Malta għadha fil-51 post fl-Ewropa, quddiem il-Moldova (174), Liechtenstein (196), Ġibiltà (204) u San Marino (211).

Malta hija skedata li tilgħab żewġ logħbiet internazzjonali f’Novembru, b’dik kontra l-Irlanda ta’ Fuq tiġi kkonfermata għall-20 ta’ Novembru. L-impenn kompetittiv li jmiss għat-tim nazzjonali huwa l-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Euro 2024 barra minn darna kontra l-Maċedonja ta’ Fuq (23 ta’ Marzu) u f’darna kontra l-Italja (26 ta’ Marzu).

B’kollox intlagħbu 53 partita tal-UEFA Nations League u 119-il partita ta’ ħbiberija fl-aħħar waqfa internazzjonali qabel it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA Qatar 2022 li tibda fl-20 ta’ Novembru. 

Il-Brażil li jinsabu fl-ewwel post se jkunu qed ifittxu li jirbħu s-sitt titlu mondjali bħala leaders tar-Rankings. Wara li għalebu għelbu lill-Ghana u t-Tuneżija fiż-żewġ partiti ta’ ħbiberija tagħhom, is-Seleçao kabbru d-distakk bejniethom u l-eqreb sfidanti tagħhom, il-Belġju (it-tieni), li tilfu kontra l-Olanda (8 post) fin-Nations League. L-Arġentina ittemm il-podju fit-tielet post.

Eżatt wara insibu liċ-ċampjins tad-dinja renjanti Franza (4), segwiti mill-Ingilterra (5). L-unika bidla fl-ewwel 10 rat lill-Italja (6), flimkien li qabżu lil Spanja (7), li niżlu post.

Sport