Thursday, March 28, 2024

[AĠĠORNAT] MaltaPost: “Qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha; l-ebda ħaddiem ma rriżulta pożittiv”

Aqra wkoll

Hekk kif il-midja soċjali dejjem qiegħed jimtela b’numru ta’ xniegħat u fake news, il-kumpanija tal-Maltapost spiċċat l-aħħar vittma ta’ dan, bħala riżultat tal-aħħar żviluppi relatati pandemija tal-Covid-19.

Dan hekk kif il-kumpanija ppubblikat messaġġ li allegatament kien qiegħed jintbagħat fuq WhatsApp, li kien qiegħed iwissi lill-persuni biex “ma jaqbdux il-posta b’idejhom, u biex din titħalla jumejn qabel ma tinfetaħ.” Il-messaġġ jisħaq li għandu isir dan minħabba li allegatament ħames ħaddiema fi ħdan il-kumpanija kienu infettati bil-virus.

Intant, wara li l-kumpanija ppubblikat dan ir-ritratt u ddeskrivietu bħala fake news, rappreżentanti mill-Maltapost ikuntattjaw dan is-sid. Filwaqt li kategorikament ċaħdu li xi ħaddiema tal-kumpanija rriżultaw pożittiv għall-Covid-19, “la mill-pustiera u lanqas mill-ħaddiema klerikali,” il-kumpanija saħqet ukoll li qegħdin jittieħdu il-miżuri tas-saħħa possibbli, kemm fuq il-ħaddiema tagħha u kif ukoll il-posta minnha nnifisha, “biex tiġi assigurata s-saħħa tal-klijenti tagħna, u b’hekk tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Ekonomija

Sport