Tuesday, April 1, 2025

Maltempata qawwija ta’ silġ fil-Kanada… Mijiet ta’ eluf bla dawl

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar minn 300,000 persuna fil-Kanada qegħdin jesperjenzaw qtugħ mill-provvist tal-elettriku kawża ta’ maltempata qawwija ta’ silġ.

Din il-maltempata li qiegħda tolqot l-aktar Ottawa, Quebec u Ontario, wasslet għal avviż mill-provditur tal-elettriku Hydro One li assigura li sa l-1 ta’ April il-provvista tal-elettriku se tirritorna għan-normal.


L-istess provditur spjega li l-maġġoranza tal-qtugħ fil-provvista huwa dovut għal ħsara kkawżata minn siġar mimli silġ.

Il-belt ta’ Orillia f’Ontario ddikjarat stat ta’ emerġenza minħabba din il-maltempata hekk kif xita ffriżata qiegħda tkompli tikkawża qtugħ ta’ dawl f’ħafna residenzi, problemi u perikli fit-toroq u ħsara f’infrastruttura kemm pubblika kif ukoll privata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport