Wednesday, July 24, 2024

Malti jinżamm arrestat b’rabta mal-feriment f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Ryan Zammit ta’ 26 sena li jgħix il-Gżira nżamm arrestat wara tressaq il-Qorti mixli bl-involviment tiegħu fl-allegat każ ta’ swat brutali minn grupp ta’ bouncers fuq raġel f’Paceville. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat li wara filmat li xxandar online bdiet investigazzjoni u l-imputat ġie identifikat anki minn dan l-istess filmat. Intqal li l-Ħamis li għadda ħareġ il-mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu u ġie arrestat dalgħodu mill-Pulizija. 

L-imputat, li qal li ma jaħdimx u li għandu kondotta nadifa, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

Il-Prosekuzzjoni oġġeżżjonat minħabba l-gravità tal-każ u anki hemm xhieda pajżana, fosthom dawk li ġibdu l-filmati u anki x-xhieda tal-vittma. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Dr Joseph Gatt ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. 

Ekonomija

Sport