Manchester City huma ħerqana li jiftiehmu fuq kuntratt ġdid fit-tul mal-playmaker Riyad Mahrez.
Filwaqt li dan l-istaġun il-player ta’ 30 sena għamel biss tliet dehriet mill-bidu fil-Premier League, l-internazzjonali Alġerin beda kull waħda mill-ħames partiti taċ-Champions League ta’ Man City.
B’kollox, Mahrez skorja tmien goals minn 17-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u jidher li Pep Guardiola jrid jassigura li l-player ma jikkontemplax li jħalli l-Etihad Stadium.
L-uffiċjali ta’ Man City iridu jaslu għal konklużjoni pożittiva għat-taħditiet tal-kuntratti sal-aħħar tas-sena.
Wara li dan l-aħħar ftiehem termini ġodda ma’ numru ta’ players veterani, Mahrez issa huwa l-ieħor fil-lista ta’ prijoritajiet tagħhom.
Minkejja l-prospett li jirċievi ħafna offerti minn x’imkien ieħor, huwa ssuġġerit li Mahrez jinsab kuntent f’Manchester u jrid jibqa’ mal-club.