Wednesday, July 24, 2024

Man City u Man Utd se jitħallew jipparteċipaw fl-Ewropa mat-timijiet tal-istess sidien

Aqra wkoll

Il-UEFA iddeċidiet li Manchester City u Manchester United se jitħallew jikkompetu fl-Ewropa flimkien mal-clubs li għandhom l-istess sidien fl-istess kompetizzjoni.

Wara li rebħu r-raba’ titlu konsekuttiv tal-Premier League, is-Citizens għal darb’oħra se jkunu minn fost il-favoriti li jirbħu l-UEFA Champions League, fl-istaġun li ġej. 

Magħhom se jingħaqdu sħabhom ta’ CFG (City Football Group) Girona, li spiċċaw it-tielet f’La Liga biex ikkwalifikaw għall-ewwel kompetizzjoni Ewropea tal-clubs għall-ew­wel darba fl-istorja tagħhom. 

Min-naħa tar-Red Devils, dawn ibbuk­kjaw post fil-UEFA Europa League hekk kif minkejja li spiċċaw fit-tmien post, it-trijonf tagħhom fil-finali tal-FA Cup fuq Manchester City (2-1) ifisser li kkwalifikaw għall-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. 

Iżda hekk ukoll huwa t-team Franċiż, Nice, li huma proptjetá ta’ Sir Jim Ratcliffe u Ineos. Dawn iż-żewġ timijiet se jilagħbu fl-istess kompetizzjoni. 

Ekonomija

Sport