Thursday, March 20, 2025

Man Utd bejn Benjamin Sesko u Hugo Ekitike?

Aqra wkoll

Manchester United permezz tal-kowċ tagħhom Ruben Amorim għandhom l-għan li mhux biss isaħħu t-tim iżda saħansitra jbiddluh ta’ taħt fuq. Il-kowċ Portugiż qed jagħmilha ċara li jrid tim kompetittiv iżda li jarmah kif jixtieq hu peress li hu ma kellux iċ-ċans jagħmel dan matul dan l-istaġun.

Fl-aħħar aħbarijet, Amorim irid żewġ plejers dak ta’ RB Leipzig Benjamin Sesko u dak ta’ Eintracht Frankfurt Hugo Ekitike. Dawn huma żewġ attakkanti li fil-Bundesliga skorjaw 35 gowl bejniethom. Id-diriġenti tar-Red Devils qed jaħdmu sabiex jasal għallinqas wieħed minn dawn iż-żewġ plejers.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport