Id-diriġenti ta’ Manchester United għadhom ma qatgħux qalbhom li jakkwistaw is-servizzi tad-difensur ta’ Lecce Patrick Dorgu. Dan il-plejer għandu 20 sena u hu meqjus bħala plejer versatili hekk kif kapaċi jilgħab fin-naħa xellugija tad-difiża iżda wkoll bħala winger.
Lecce diġa’ wrew l-intenzjoni li jirrifjutaw kull interess tar-Red Devils għalkemm fl-istess ħin wieħed irid jara kemm iktar se joffru bħala flus l-istess diriġenti Ingliżi.
Dorgu lagħab 52 logħba ma’ Lecce f’sena u nofs u skorja ħames gowls.