Wednesday, October 9, 2024

Man Utd jiffirmaw lil Matthijs de Ligt u Noussair Mazraoui

Aqra wkoll

Manchester United iffirmaw lill-koppja ta’ Bayern Munich Matthijs de Ligt u Noussair Mazraoui f’mossa li tista’ tiswa kważi £60 miljun.

De Ligt iffirma kuntratt ta’ ħames snin, u Mazraoui kuntratt ta’ erba’ snin, it-tnejn bl-għażla li jestendu għal sena oħra.

Mazraoui jista’ jiġi msejjaħ immedjatament biex jissostitwixxi d-difensur xellugi Luke Shaw, li jinsab imweġġa’ u mistenni jirritorna wara l-ewwel waqfa internazzjonali, hekk kif nhar il-Ġimgħa jilqgħu lil Fulham fl-ewwel partita tal-Premier League

United qablu li jħallsu £38.5 miljuni flimkien ma £4.3 miljuni addizzjonali għad-difensur ċentrali ta’ 25 sena De Ligt, li kien captain tat-team ta’ Ajax ta’ Erik ten Hag li wasal sas-semi-finali taċ-Champions League tal-2019.

Mazraoui ħadem ukoll mal-manager tal-United Ten Hag f’Ajax, u ż-żewġ players ikkreditaw l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp tagħhom.

Sport