Thursday, May 8, 2025

Man Utd u Tottenham fil-finali tal-UEFA Europa League

Aqra wkoll

Man Utd v Athletic Bilbao – Manchester United se  jikkontestaw il-finali tal- UEFA Europa League kontra Tottenham Hotspur meta, fit-tieni leg tas-semi-finali, f’darhom ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1 kontra Athletic Bilbao biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 7-1.  

Kienu l-Ispanjoli li fetħu l-iskor fil-31 minuta meta Harry Maguire kklerja ħa­żin u minbarra l-kaxxa Mikel Jauregizar dawwar il-ballun għar-rokna tas-saqaf tax-xibka. 

Iżda  Mason Mount (72, 92),  Casemiro (80) u Rasmus Hojlund (85) dawru r-riżultat favur il-United. 

Bodo-Glimt v Tottenham – Tottenham Hotspur marru n-Norveġja u għelbu lil Bodo-Glimt bl-iskor ta’ 2-0 biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 5-1. 

Wara taqsima mingħajr goals, fit-63 minuta Spurs fetħu l-iskor meta, minn az­zjoni ta’ corner, Cristian Romero niżżel bir-ras lejn  Dominic Solanke li mill-viċin ma żbaljax … u seba’ minuti wara Pedro Porro ssiġilla r-rebħa.  

UEFA CONFERENCE LGE

Fiorentina v Real Betis – Real Betis se jilagħbu l-finali tal-UEFA Conference Lea­gue kontra Chelsea meta fit-tieni leg tas-semi-finali spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Fiorentina wara l-ħin barrani għal aggregate ta’ 4-3.  Għall-Ispanjoli skorjaw Antony (30) u Abde Ezzalzouli (97) filwaqt li Robin Gosens (34, 42) skorja għall-Viola. 

F’dan it-tieni leg huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 b’goal minn Kiernan Dewsbury-Hall (38) biex għaddew għall-finali b’aggregate ta’ 5-1.

Chelsea v Djugarden – Din il-partita għal Chelsea kienet biss formalitá wara li barra minn darhom, fl-ew­wel leg, kienu diġá għelbu lil Djugarden bl-iskor ta’ 4-1. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport