Saturday, May 18, 2024

Manchester City akkużati li naqsu li jikkontrollaw lill-players tagħhom

Aqra wkoll

Manchester City ġew akkużati mill- Football Association li naqsu milli jikkontrollaw lill-players tagħhom fid-draw 3-3 tal-Ħadd li għadda fil-Premier League kontra Tottenham.

Il-players dawru lir-referee, Simon Hooper, meta ta free-kick lis-City tard fil-ħin miżjud wara li deher li Jack Grealish kien riesaq lejn il-lasti avversarji.

Inizjalment Hooper indika li s-City kellhom il-vantaġġ u xejjer biex jitkom­pla l-logħob, iżda waqqaf il-partita ladarba     ntlagħab il-pass.

Is-City għandhom sa għada, 7 ta’ Diċem­bru, biex iwieġbu għall-akkuża.

Stqarrija tal-FA qalet li ċ-champions renjanti “naqsu milli jiżguraw li l-players tagħhom ma jaġixxux b’mod mhux xieraq.”

L-attakkant Erling Haaland kien wieħed minn diversi players tas-City li pprotesta b’mod rigoruż mal-uffiċjal u kompla bil-protesti tiegħu wara l-logħba billi reġa’ poġġa clip tal-inċident fuq X, li qabel kien Twitter, bil-kumment “Wtf”, li huwa kliem offensiv.

Madankollu, l-FA mhux se tkun qed tqassam akkużi oħra relatati mal-partita, u għalhekk Haaland mhux qed jiffaċċja piena individwali.

Din hija t-tielet logħba tal-Premier League wara xulxin li s-City spiċċaw draw, wara li ġew miżmuma wkoll minn Liverpool u Chelsea, u jinsabu fit-tielet post fil-Premier League b’distakk ta’ tliet punti mil-leaders Arsenal.

Sport