L-avukat Olandiż speċjalizzat fil-liġi sportiva, Berry van Drunen, wissa li Manchester City jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli ħafna minħabba l-115-il akkuża ta’ ksur tar-regolamenti finanzjarji tal-Premier League bejn l-2009 u l-2018.
Van Drunen sostna li, jekk jinstabu ħatja, iċ-champions Ingliżi jistgħu jiffaċċjaw pieni severi, fosthom tnaqqis ta’ punti jew saħansitra relegazzjoni.
Huwa wissa wkoll li sanzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għat-telfien ta’ plejers importanti, sponsors u dħul finanzjarju.
Manchester City dejjem ċaħdu l-akkużi u jinsistu li għandhom provi li jsostnu d-difiża tagħhom.
Iżda l-avukat Van Drunen enfasizza li l-konsegwenzi potenzjali jistgħu jkunu serji għall-futur tal-club.




