Saturday, December 21, 2024

Manchester City jiksbu rebħa legali kontra l-Premier League

Aqra wkoll

Manchester City kisbu rebħa legali kontra l-Premier League wara li l-imħallfin iddeċidew li wħud mir-regoli tal-isponsorizzazzjoni tal-kompetizzjoni huma illegali.

Verdett minn tliet imħallfin irtirati qal li regolamenti ġodda maħsuba biex iwaqqfu lill-klabbs milli jgħollu ftehimiet ma’ kumpaniji marbuta mas-sidien tagħhom jiksru l-Att dwar il-Kompetizzjoni – speċifikament isemmi żewġ ftehimiet li l-erba’ darbiet champions konskeuttivi tal-Premier League kienu rrifjutaw mill-istess Premier League.

Id-deċiżjoni – li hija separata mill-każ tal-115-il akkuża tas-City kontra allegat ksur tar-regoli finanzjarji tal-kampjonat – se toħloq tħassib kbir għal ħafna klabbs rivali.

It-tribunal, li d-deċiżjoni tiegħu ġiet ikkomunikata lill-klabbs f’rapport ta’ 175 paġna nhar it-Tnejn, jgħid li r-Regoli tat-Tranżazzjonijiet tal-Partiti Assoċjati tal-Premier League huma “bi ksur tat-taqsimiet 2 u 18 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni tal-1998 għax jeskludu mill-ambitu tagħhom is-self tal-azzjonisti.”

Ekonomija

Sport