Saturday, May 18, 2024

Manchester City jitolbu somma ta’ £40 miljun għal Gabriel Jesus

Aqra wkoll

Manchester City qed jitolbu somma ta’ £40 miljun għall-attakkant, Gabriel Jesus, qabel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Bis-Citizens għadhom jiġru wara d-double permezz tar-rebħ tal-Premier League u ċ-Champions League, il-player ta’ 25 sena sab il-forma tiegħu quddiem il-lasta fiż-żmien opportun, u skorja seba’ goals fl-aħħar sitt logħbiet tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.

Minkejja t-titjib fil-forma, il-futur ta’ Jesus fl-Etihad Stadium ġie mpoġġi f’dubju fl-aħħar ġimgħat, b’Arsenal maħsuba li huma interessati li jiffirmaw lill-Brażiljan dan is-sajf.

Huwa mifhum li Manchester City jistmaw lil Jesus għal madwar £40m u l-bejgħ potenzjali tal-attakkant mistenni jkun qed jgħin biex jipprovdi fondi biex il-Blues jakkwsitaw lill-mira primarja tagħhom, Erling Braut Haaland.

Il-Gunners qed iħejju biex jippreżentaw offerta ta’ £35 miljun għal Jesus dan is-sajf, iżda ċ-Citizens qed jitolbu mill-inqas £40 miljun biex jikkunsidraw li jbiegħu lill-ex attakkant ta’ Palmeiras.

Jesus, li fadallu ftit aktar minn 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium, irreġistra 95 goal u 46 assist f’232 dehra għal Manchester City fil-kompetizzjonijiet kollha sa minn meta ngħaqad mal-Blues lura f’Jannar tal-2017.

Sport