Friday, May 3, 2024

Imressqa talba għal aktar sorveljanza fil-Qawra wara vandaliżmu f’aktar karozzi

Aqra wkoll

“Hemm bżonn t’aktar dixxiplina f’dan il-pajjiż”. Din kienet ir-reazzjoni tal-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Carlos Zarb rigward att ieħor ta’ vandaliżmu fil-lokalità. Huwa semma kif fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill, li saret nhar is-26 ta’ April 2022, ressaq talba biex jekk dejjem l-iskola tal-Qawra taċċetta titwaħħal kamera spejjeż għall-Kunsill li tagħti għal fuq l-akwata fejn ripetittivament qed isir dan l-abbuż. Huwa qal li l-Kunsill approva din it-talba unaniment.

Zarb qal ukoll li bħalissa qiegħed f’kuntatt mal-awtoritajiet fejn assigurawh li qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu fuq dan il-każ u fl-istess ħin kompla jenfasizza biex jinfetaħ il-parkeġġ ta’ taħt l-iskola tal-Qawra.

Għadd ta’ karozzi ġew vandalizzati matul il-lejl f’Buġibba u l-Qawra. Din ma kinitx l-ewwel darba li twettqu atti simili. Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ. Il-vandaliżmu kien jikkonsisti fi tkissir tal-ħġieġ tal-karozzi bi tfigħ ta’ ġebel kbir lejhom.

Sport