Monday, December 23, 2024

Manchester United ikeċċu lil Ole Gunnar Solskjaer

Aqra wkoll

Manchester United keċċew lill-coach, Ole Gunnar Solskjaer, wara t-telfa umiljanti barra minn darhom bl-iskor ta’ 4-0 kontra Watford.

Huwa diġá kellu pressjoni qawwija mindu ż-żewġ telfiet kbar f’Old Trafford kontra Liverpool (5-0) u Manchester City (2-0) u għaldaqstant il-futur tiegħu kien wieħed dubjuż għall-aħħar. 

Għaldaqstant, il-bord tad-diretturi issa se jfittex is-suċċessur tiegħu minn fost bosta kandidati fosthom  Zinedine Zidane, Brendan Rodgers, Mauricio Pochettino u Erik ten Hag.

L-istess bord kien determinat li jagħti ċans lil Solskjaer li jdawwar il-forma tat-team tiegħu u wera sinjali ta’ rkupru billi għeleb lil Tottenham 3-0 u anke għeleb lil Atalanta 3-2 wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals. 

Bħala plejer Solskjaer kien skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud tal-finali taċ-Champions League tal-1999 biex issiġilla waħda mill-aktar rebħiet inkredibbli tal-klabb, iżda bħala coach se jħalli  Old Trafford mingħajr sens ta’ glorja, peress li ma rebaħ l-ebda trofew fi kważi tliet snin.

Ekonomija

Sport