Manchester United qed jikkunsidraw li jiksbu s-servizzi tad-difensur żagħżugħ Wesley mingħand Flamengo. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u mill-2021 ‘l hawn deher fi 78 logħba mat-tim Brażiljan filwaqt li skorja gowl wieħed biss. Dan it-trasferiment mhux se jseħħ għalissa bid-diriġenti tar-Red Devils li se jitkellmu miegħu wara t-tazza tad-dinja tal-klabbs li se ssir fis-sajf.
Il-kowċ ta’ Manchester United Ruben Amorim jammira ħafna l-istil tattiku ta’ dan il-plejer li jilgħab mal-linja leminija tal-grawnd.