Tuesday, May 14, 2024

Manchester United kellhom jitħabtu kontra omonia Nicosia

Aqra wkoll

 Manchester United barra minn darhom kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Omonia Nicosia bl-iskor ta’ 3-2. Il-goals għar-Red Devils waslu minn doppjetta ta’ Marcus Rashford (53, 84) u Anthony Martial (63). Karim Ansarifard (34) u Nikolas Panayiotou (85) wieġbu għaċ-Ċiprijotti.

Red Star Belgrade ġewwa darhom għelbu lil Ferencvaros bl-iskor kbir ta’ 4-1 bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Guelor Kanga (27, 60), bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Stefan Mitrovic (35) u Aleksnadar Katai. Kristoffer Zachariassen (71) wieġeb għal Ferencvaros.

HJK u Ludogrets temmew il-kofront ta’ hejeehom fi draw ta’ 1-1, b’Matias Tissera (10) jiftaħ l-iskor għal Ludogorets waqt li Perparim Hetemaj ġab l-iskor indaqs għal Ludogorets.

Union Berlin barra minn darhom għelbu lil Malmo bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal uniku għalihom jasal minn Sheraldo Becker (68). Ta’ nota huwa l-fatt li huma kisbu din ir-rebħa minkejja li fis-46 minuta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom il-player Andras Schafer permezz ta’ karta ħamra diretta.

Monaco ġewwa darhom għelbu lil Trabzonspor bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom ikunu W. Ben Yedder permezz ta’ doppjetta personali (14, 47) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty u A. Disasi (55). A. Bakasetas (72) wieġeb għal Trabzonspor. It-Torok spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom il-player M. Gomez permezz ta’ karta ħamra diretta.

Real Sociedad barra minn darhom għelbu lil Sheriff Tiraspol bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals għalihom jaslu minn D. Silva (53) u A. Elustondo (62). Ta’ nota huwa l-fatt li Sheriff Tiraspol spiċċaw jilagħbu b’10 players meta fit-62 minuta tkeċċa għalihom il-plejer M. Kyabu wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Sturm Graz u lzio temmew il-konfront ta’ bejneiehom fi draw ta’ mingħajr gaols, bi Sturm Graz jispċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa għalihom il-player J. Gzibegovic fil-81 minuta.

PSV barra minn darhom għelbu lil Zurich bl-iskor kbir ta’ 5-1, bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Y. Vertessen (10, 15), C. Gakpo (21, 55) u X. Simons (35). J. Okita (87) skorja l-uniku goal ghal Zurich.

Arsenal għelbu lil Bodo Glimt bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals għalihom jaslu minn E. Nketiah (23), R. Holding (28) u F. Vieira (85).

Betis barra minn darhom ħasdu lil Roma meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal għall-Giallorosisi jasla minn Paulo Dybala (34) minn penalty waqt li G. Rodriguez (40) u Lusi Henrique (88) irnexxielhom isibu x-xibka għal Betis.

Royale Union SG barra minn darhom għelbu lil Braga bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal għal Braga jasal minn A. Ruiz (49), waqt li G. Nilsson (86) u R. Sykes (94) irnexxielhom isibu x-xibka għall-Belġjani.

Fenerbahce għelbu lil AEK Larnaca bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu minn M. Batshauyi (46) u minn auto-goal tal-player ta’ AEK Larnaca, R. Mamas.

Freiburg għelbu lil Nantes bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu minn D. Kyeren (48) u minn auto-goal tal-player ta’ Nantes, R. Mamas.

Feyenoord u Midtylland temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ 2-2, biż-żewġ goals għall-Olandiżi jaslu minn S. Szymanski (23) u O. Kokcu minn penalty (45), waqt li G. Isaksen (54) u Juninho (85) wieġbu għal Midtylland.

Qarabaq barra minn darhom għelbu lil Olympiacos bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals għalihom jaslu minn Owusu (68), M. Vesovic (82) u R. Sheydayev (86).

Rennes għelbu lil Dynamo Kiev bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn M. Terrier (23) u D. Doue (89), waqt li V. Tsygankov (33) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Ukreni. 

Sport