Monday, May 13, 2024

Manchester United mistennija jtemmu l-insegwiment tagħhom f’Declan Rice

Aqra wkoll

Manchester United qed jippreparaw biex itemmu l-insegwiment tagħhom f’Declan Rice, bir-Red Devils issa jħarsu lejn alternattivi għall-midfielder ta’ West Ham United.

L-internazzjonali Ingliż kien marbut ma’ tbegħid mil-London Stadium matul is-sajf, iżda t-tieqa tat-trasferimenti għalqet bil-midfielder xorta jibqa’ jimmilita ma’ West Ham.

Il-manager ta’ Man United, Ole Gunnar Solskjaer, jingħad li huwa ammiratur enormi taż-żagħżugħ ta’ 22 sena, li impressjona għall-Ingilterra mmexxija minn Gareth Southgate fil-Kampjonat Ewropew ta’ dan is-sajf.

Madankollu, l-iscouts f’Old Trafford issa qed iħarsu lejn alternattivi għal Rice.

Huwa mifhum li d-diriġenti ta’ Manchester United ma kinux ċerti jekk l-Ingliż kellux il-kapaċità li ‘jieħu t-team għal-livell ieħor’, filwaqt li r-Red Devils mhumiex lesti li jilħqu l-prezz mitlub ta’ West Ham, li huwa maħsub li jinsab fir-reġjun ta’ £90m.

Bħala riżultat, il-club immexxi minn Solskjaer issa qed jidentifika midfielders ċentrali oħra li jistgħu jkunu fil-mira meta s-sajf li ġej tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti għan-negozju.

Rice – li kien ukoll marbut ma’ Chelsea u Manchester City – skorja goal u pprovda assist wieħed f’sitt dehriet għall-Hammers matul l-istaġun 2021-22.

Sport