Tuesday, May 7, 2024

Manchester United se jħallu lil Cristiano Ronaldo jitlaq f’Jannar li ġej

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni bejn Cristiano Ronaldo u Manchester United saret diffiċli ħafna wara li l-attakkant internazzjonal Portugiż irrifjuta li jidħol bħala sostitut lejn l-aħħar ħinijiet fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham Hotspur u telaq minn Old Trafford ħames minuti mis-suffara finali.

Konsegwenza ta’ dan, huwa ġie sospiż mill-iskwadra u ġie ordnat jagħmel it-taħriġ waħdu.

Din kienet il-ħames darba li Ronaldo ġie relegat fuq il-bank tas-sostituti u fit-telfa ta’ 6-3 kontra Manchester City huwa xejn ma lagħab.

Matul is-sajf li għadda, Ronaldo talab biex jitlaq mill-club minħabba li mhux qed jipparteċipaw fil-UEFA Champions League.

Iżda issa minħabba t-tensjoni kbira li teżisti bejnu u bejn il-coach, Erik ten Hag, ġie deċiż biex f’Jannar li ġej jitħalla jitlaq. Il-coach Olandiż ma jridx jitlef id-dressing room u qed jara lil Ronaldo bħala ostaklu fil-pjani tiegħu.

Barra minn hekk, ir-Red Devils diġá xeħtu l-interess tagħhom fuq l-attakkant ta’ Brentford, Ivan Toney, biex ikun is-suċċessur tiegħu.

Sport