Thursday, December 26, 2024

“Manuel Delia mhuwiex il-PN … huwa aġent ieħor tal-firda”

Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg jiddistakka ruħu "mir-rieda ħażina"

Aqra wkoll

“Manuel Delia mhuwiex il-Partit Nazzjonalista, imma huwa aġent ieħor tal-firda”. Iddikjara dan id-Deputat Nazzjonalista żagħżugħ Alex Borg f’reazzjoni fejn iddistakka ruħu minn dak li hu sejjaħ bħala “rieda ħażina” u “mibegħda”

Dan wara li l-blogger Manuel Delia fl-aħħar sigħat fetaħ attakk aħrax fuq l-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono b’mod speċjali wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech nhar il-Ħadd ikkonferma f’intervista li saritlu mil-lokalità tas-Siġġiewi li Debono huwa parti mill-partit u li għandu x’joffri lill-partit sakemm jaħdem għall-ġid komuni. Manuel Delia fuq il-blogg tiegħu sejjaħ lil Franco Debono bħala “tumur” u fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal dan Borg qal li “jien ir-rieda ħażina niqfilha … ġejja minn fejn hi ġejja. Il-libertà tal-espressjoni niddefendiha ukoll. Però tant ieħor niddefendi replika lejn kliem li rieda tajba warajh ma hemmx.”

Kompla biex jikteb li Manuel Delia tumur ma jafx x’inhu kif ukoll li ma jifhimx il-konsegwenza ta’ kliemu li skontu huwa kliem ta’ raġel żgħir liebes ġakketta perikoluża ta’ psewdo-intelletwali li bl-ebda mod mhu difensibbli.

“Nista ma inkun qatt fil-gvern imma ħilti kollha nagħmilha biex nara pajjiż u partit magħqud u bla mibegħda bħal din, lejn ħadd, lanqas lejn l-avversarju politiku”, temm jgħid Borg filwaqt li sostna dwar il-bżonn ta’ partit katina b’sekwenza ta’ ħoloq li jeħtieġu jgħaqqdu t-talenti kollha biex finalment ikunu jistgħu jieħdu dan il-pajjiż ’il quddiem.

Ekonomija

Sport