Saturday, May 4, 2024

Manuel Neuer għalissa mhux se jilgħab mal-Ġermanja

Aqra wkoll

Il-gowlkiper Ġermaniż Manuel Neuer, frisk mir-ritorn tiegħu lura fil-grawnd wara injury ferm serja li kellu, ħabbar li għalissa mhux se jkun qed jilgħab mat-tim nazzjonali minħabba li jrid jikkonċentra kollox fuq livell ta’ klabb.

Neuer qal li jinsab f’kuntatt kontinwu mal-kowċ Julian Nagelsmann u flimkien qablu li juża’ dan iż-żmien sabiex ikun jista’ jgħin lill-klabb tiegħu.

Neuer lagħab 117-il logħba mat-tim nazzjonali u ilu jirrappreżenta lil pajjiżu sa mis-sena 2009.

Sport