Thursday, November 14, 2024

MAPFRE MSV Life p.l.c. tniedi Pjan ta’ Kapital u Dħul Garantit 2027

Aqra wkoll

MAPFRE MSV Life bi pjaċir tħabbar prodott ieħor ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni: Guaranteed Capital & Income Plan 2027 (Pjan ta’ Kapital u Dħul Garantit 2027).

Dan il-pjan huwa investiment b’kontribuzzjoni ta’ darba, marbut mal-Fond Garantit Kapitali tal-BOV 2027, ġestit mill-BOV Asset Management, u huwa mfassal biex jqassam tliet pagamenti, sakemm il-pjan jinżamm sal-maturità.

Dan il-prodott ta’ investiment se jqassam tliet pagamenti ekwivalenti għal redittu medju annwali ta’ 3% tal-kontribuzzjoni inizjali permezz ta’ pagamenti li għandhom isiru fis-16 ta’ Diċembru 2024, fil-15 ta’ Diċembru 2025 u fil-15 ta’ Ġunju 2027. Dan huwa prodott idejali ta’ investiment idejali għal suq wisa’, b’mod partikolari għal dawk li jfittxu fluss ta’ dħul prevedibbli u preservazzjoni tal-kapital.

Wieħed jista’ japplika għal dan il-pjan permezz ta’ investiment minimu ta’ €5,000 minn kwalunkwe uffiċju ta’ MAPFRE MSV LIfe, jew permezz tal-intermedjarji tal-kumpanija. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku ta’ MAPFRE MSV Life: www.mapfre.com.mt

L-abbonamenti għall-dan il-pjan jiftħu fl-20 ta’ Novembru u jagħlqu fit-2 ta’ Diċembru 2023 jew qabel jekk l-offerta tittieħed kompletament.

F’kumment dwar din l-opportunità ġdida ta’ investiment, Etienne Sciberras, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life qal: “Wara r-rispons eċċellenti li kellna meta nedejna ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti tal-Guaranteed Capital & Income Plan, aħna kuntenti li nniedu opportunità oħra ta’ investiment lill-klijenti tagħna u lis-suq Malti. Dan il-prodott ġdid ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni huwa r-riżultat tal-opportunitajiet u s-sinerġiji miftuħa għalina bħala parti mis-sħubija tagħna mal-Bank of Valletta. Dan il-prodott, li joffri redditu ta’ 3% fis-sena kif ukoll garanzija kapitali sar possibbli grazzi għal Fond imniedi mill-BOV Asset Management li qed nużaw bħala l-fond marbut ma’ dan il-pjan.

MAPFRE MSV Life hija impenjata li tipprovdi lill-klijenti tagħha bi prodotti innovattivi u affidabbli ta’ tfaddil u investiment. Dan il-prodott jindirizza l-ħtieġa ta’ dawk li qed ifittxu investiment li jiggarantixxi redditu annwali u l-kapital investit, mal-maturità,” hu kompla.

 Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jinżel kif ukoll jogħla biss f’każ ta’ ċediment bikri. Jekk jinżamm sal-maturità stipulata, l-kapital u d-dħul tiegħek huwa garantit mill-Bank of Valletta p.l.c., kumpanija awtorizzata u regolata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), skont kuntratt konkluż bejn il-Bank of Valletta p.l.c. u MAPFRE MSV Life p.l.c.

Din il-garanzija hija soġġetta għal kundizzjonijiet kif deskritti fid-dokumentazzjoni tal-prodott.

Ekonomija

Sport