Mara ta’ 60 sena residenti s-Swieqi qed issofri minn ġrieħi gravi, hekk kif dalgħodu għall-ħabta tal-11:15 a.m, kienet involuta f’inċident fi Triq E. Bradford kantuniera ma’ Triq il-Kappella tax-Xagħra fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-marantlaqtet minn Volkswagen Polo misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti l-mosta.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal akttar kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.