Wednesday, July 24, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara li għerqet fil-baħar ta’ Kemmuna

Aqra wkoll

Il-mara li għall-ħabta tas-1.00pm sabet ruħha f’diffikultajiet waqt li kienet qiegħda tgħum f’Kemmuna flimkien ma’ sħabha tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-mara għandha 32 sena u hija ta’ nazzjonalità Ċiniża ngħatat l-għajnuna mill-membri tal-ERRC fejn anke tawha CPR f’Kemmuna stess. Sorsi qalu lil dan is-sit li t-tfajla belgħet ħafna ilma sakemm il-membri tal-ERRC waslu fil-post fejn kienet tinsab.

Hija ttieħded lejn il-Port tal-Imġarr permezz ta’ dgħajsa tal-istess ERRC fejn sabet tim mediku b’ambulanza li ħadha l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Dwar dan il-każ ġiet informata wkoll il-pulizija li mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmat bil-każ u ħatret inkjesta.

Aktar kmieni: Tfajla ssib ruħha f’diffikultajiet waqt kienet qed tgħum f’Kemmuna

Tfajla li l-identità tagħha s’issa għadha mhix magħrufa sabet ruħha f’diffikutajiet waqt li għall-ħabta tas-1.00pm kienet qiegħda tgħum ma’ sħabha f’Kemmuna.

Mill-ewwel inġibdet l-attenzjoni tal-lifeguard tal-ERRC li jinsabu Kemmuna fejn dawn qabżu għaliha u tellewha l-art. Sorsi qalu lil dan is-sit li t-tfajla kienet kważi għerqet.

Tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru fil-port tal-Imġarr biex hekk kif it-tfajla titwassal minn Kemmuna jkunu jistgħu jagħtuha l-ewwel għajnuna.

Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

Sport