Wednesday, December 25, 2024

Mara f’Kalifornja twelled tarbija minkejja probabbiltà żgħira li tinqabad tqila

Aqra wkoll

Mara f’Kalifornja li ġiet mgħarrfa li għandha probabbiltà żgħira ħafna li tinqabad tqila b’mod naturali (probabbiltà ta’ 2%), 19-il xahar ilu welldet tarbija li tiddeskriviha bħala “miraklu”. 

Andrea Romero, mara ta’ 34 sena, skopriet din il-problema ħames snin ilu. Andrea, flimkien ma’ żewġha Jonathan, għamlu tliet snin jippruvaw għat-tfal. F’Settembru tal-2017 il-koppja għamlet trattament tal-fertilità imma dan ma kienx suċċess. Kien f’dak il-mument li l-koppja ddeċidiet li tnaqqas mill-fissazzjoni li jkollha wild; il-mara tiddeskrivi dan iż-żmien bħala “Stadju f’ħajti fejn ħassejtni miżerabbli sforz il-mumenti ta’ qsim il-qalb li għaddejt minnhom”.

F’Jannar tal-2020, Andrea skopriet li ħarġet tqila. Hija tispjega kif meta għamlet it-test tat-tqala u dan ħareġ pożittiv, ma riditx temmen lil għajnejha, tant li “Morna u xtrajna ħamsa oħra”, tgħid Andrea. Il-koppja laqgħet lil binhom Leonardo fi sptar f”Kalifornja.

Ekonomija

Sport